"Lil għażiża ommi u s-sinsla tal-familja illum il-ġurnata speċjali tiegħek. Grazzi ta kulma tagħmel magħna, grazzi talli tħobbna bla ebda kundizzjoni u grazzi tas-sagriffiċji li tagħmel għalina. Inħobbok illum, għada u għal dejjem!"

Ritratt: Facebook / Amber

Dan li kellha xi tgħid l-artista Amber dwar l-għażiża ommha, li llum qed tiċċelebra għeluq sninha. Amber fakkret din l-okażżjoni permezz ta' ritratt ħelu mill-passat, ritratt ta' meta Amber kienet għadha tarbija.

Ritratt: Facebook / Amber

Aħna sibna ritratt ieħor ukoll ta' meta Amber kienet għadha żgħira, li Amber qasmet is-sena l-oħra proprju f'dan il-jum. Aħna f'isem Gwida.mt ningħaqdu ma' Amber sabiex nifirħu lil ommha f'dan il-jum speċjali. Awguri Desiree.

Facebook / Amber


Emil Calleja Bayliss