Is-sena l-oħra ma tantx kellha fortuna, hekk kif il-gruppi kienu l-ewwel kategorija li nqalgħu u Alex spiċċat l-iktar waħda imparzjali minħabba li ma kien fadalha lil ħadd fil-kompetizzjoni. Din is-sena ħa tkun qed tipprova timxi u tavvanza aktar fil-programm grazzi għal kategorija tal-Overs.

Ritratt: Facebook / X Factor Malta

Jidher li hemm numru ta' mużiċisti wkoll f'din il-kategorija, xi ħaġa li Alex żgur tapprezza. Wieħed irrid jara sa fejn kapaċi jaslu, iżda żgur li Alex ġa tkun qed tagħmel dak kollu possibli biex tati risposta u tavvanza f'din il-kompetizzjoni bħala ġurat ukoll. Min jaf jekk għandhiex iċ-ċans li tirbaħ permezz ta' din il-kategorija!?

  • Benjie Attard
  • Celine Agius
  • Chantal Catania
  • Derrick Schembri
  • Francesca Borg
  • Ed Abdilla
  • Michelle Ellul
  • Matthew Vassallo
  • Kersten Graham
  • Paul Cuschieri
  • Reese Spiteri
  • Jozi Magro

Facebook / X Factor Malta


Emil Calleja Bayliss