Fuq il-paġna tiegħu ta' Facebook, il-preżentatur Ivan Gaffiero ħabbar li Alanada Bondin ġiet nominata għall-award fl-okkażjoni tat-30 sena minn meta bdiet il-kumpanija tiegħu.

"Alana bdiet ma' Gaffiero Productions 27 sena ilu, u sal-lum hija persuna li taħdem mill-qrib mal-kumpanija tagħna. Awguri Alana Bondin," Jikteb Ivan. Alana kienet sorpriża u kkummentat dwar dan biex turi l-gratitudni lejn Ivan.

"Lanqas għandi kliem... X’sorpriża din dalgħodu! Grazzi minn qiegħ qalbi tas-support u talli dejjem emmint fija. Kburija ħafna li l-ewwel passi tiegħi fuq il-palk bdew miegħek! Grazzi li dejjem apprezzajtni."  

Prosit u nifirħulek Alana!


Kyle Zarb