Milli jidher il-preparamenti għaddejin ġmielhom u aktar ismijiet ikomplu joħorġu ta’ kantanti li applikaw għat-tieni staġun ta’ X Factor Malta. Iltqajna ma’ numru ta’ kantanti però għal llum iddeċidejna li niffukaw fuq erba’ talenti promittenti!

Erba’ talenti li wieħed ġieli forsi ra fix-xena lokali jew forsi waqt li kien f’xi post tad-divertiment u xi ħadd minnhom kien qed idoqq jew ikanta. Żgur mhux forsi li lkoll ħa jipprovdu spettaklu f’dan l-istaġun u wieħed ikun anzjuż biex jara sa fejn ħa jirnexxielhom jaslu.

Cheryl Balzan

Magħrufa l-aktar għall-gigs madwar pajjiżna f’diversi postijiet lokali. Ġieli deheret ukoll fuq l-istazzjonijiet lokali tkanta covers ta’ diversi kanzunetti.

Kersten Graham

Kitarist li daqq ma’ numru ta’ kantanti lokali però dan l-aħħar bdejna narawh ukoll bħala solist. Ħareġ materjal oriġinali u kurjużi biex naraw x’għandu x’joffri f’X Factor Malta.

Kurt Anthony

Rajnieh fil-fażi tal-juges houses fid-duo Horizon, Kurt Anthony kiteb fuq il-paġna tiegħu li ħa jkun qed jerġa’ jipprova din id-darba bħala solist. Tgħid jasal sal-fażi tal-live shows?

Chelsea Refalo

Chelsea relativament wiċċ ġdid fix-xena, però dawk li jafu x’vuċi għandha x’toffru, jafu li l-potenzjal tagħha hu wieħed fenominali. Ċertament li l-ġurija ħa jkollhom għajnejhom fuq din il-kantanta żagħżugħa.

Hemm ħafna talent hemm barra... grazzi għal X Factor ħa jkollna ċ-ċans naraw dan it-talent jikber u jiżviluppa. Min jaf jekk dawn il-kantanti hux se jkunu il-protagonisti tat-tieni staġun ta’ dan il-programm tant popolari f’pajjiżna li laħaq udjenzi rekord!

Facebook / X Factor Malta


Emil Calleja Bayliss