Permezz ta’ ktiba ċkejkna fuq il-paġna uffiċjali tagħhom fuq Facebook, fuq il-paġna ta’ Solid Gold Jewellers għadhom kemm ħabbru li se jkunu qed jagħlqu bwiebhom u se jieqfu joperaw mill-Belt Valletta.

Se jagħmlu dan nhar il-Ħamis li ġej, jiġifieri fid-disa’ ta’ Frar. Żiedu jgħidu wkoll li l-ħwienet tagħhom ġewwa Buġibba u ġewwa Tas-Sliema, se jibqgħu joperaw kif qegħdin, filwaqt li żiedu billi talbu apoloġija ta’ xi konvenjenza li setgħet ġiet ikkawżata.

Illum ukoll ġie mħabbar permezz tal-midja soċjali li l-ħanut ta’ ‘Butlers’ li kien jinsab ukoll fil-Belt Valletta, se jkun qed jieqaf jopera minn hemm. Aktar ħwienet qed jieqfu milli joperaw mill-Belt Valletta għaliex ma’ dawn it-tnejn hemm ħafna aktar, iżda għalfejn qed jiġri dan?

Facebook/Solid Gold Jewellers


Charlton Cefai