Illum jaħbat għeluq snin il-maħbub tal-preżentatriċi Stephanie Chircop, Justin! Fl-okkażjoni speċjali Stephanie xtaqet tawguralu u ħadet ħsieb tħallilu messaġġ ħelu f'dan il-jum.

Stephanie tibda minnufih tfaħħru ta' kemm hu persuna twajba u li tant hu maħbub minn kull min jagħmilha miegħu. "Ħajtek hi rigal għan-nies kollha li huma tant ixxurtjati li għandhom lilek f'ħajjithom." Tiktiblu wkoll li hu speċjali u maħbub, kif ukoll tirringrazzjah talli dejjem ikun hu, il-persuna li ħabbet mill-bidu nett.

Stephanie tawguralu dak kollu li tixtieq qalbu u tefgħet anke ritratt mill-isbaħ tagħhom it-tnejn. F'isem Gwida.mt nawguraw lil Justin l-isbaħ xewqat!


Kyle Zarb