Illum jaħbat għeluq snin il-preżentatriċi Stephanie Chircop u jidher li diġa' bdiet tirċievi messaġġi sbieħ mil-lbieraħ filgħaxija.

Waħda minn dawk li kienet minn ta' quddiem biex tawguralha kienet l-għażiża oħtha Nadine Fenech! "Oħti l-għażiża! Ma tantx hemm xi ngħidu. Aħna nidħku bil-qalb flimkien. Aħna nibku...imma nerġgħu nqumu fuq saqajna aktar sodi".

Hi tassew ċara kemm dawn iż-żewġt aħwa huma qrib xulxin u tista' tgħid għandhom l-istess don; sbieħ minn barra kif ukoll minn ġewwa. Nadine tiddeskrivi lilhom it-tnejn bħala: "ċirku 24 siegħa". Fil-fatt it-tnejn li huma għandhom karattru li jlissinlek tbissima u jxerrdu biss pożittività. 

Kif tista' ma tiggustahomx lil dawn it-tnejn imma? Awguri mill-qalb Stephanie!


Kyle Zarb