Id-dinja tal-arti tlaqqa' diversi nies flimkien. Ftit tal-ħin ilu, Lawrence Gray sellem lil Connie. Minn kliemu, Lawrence kien iġibilha rispett kbir lil Connie u għalkemm ma kinitx tal-familja, kien japprezza x-xogħol li kienet tagħmel għalih.

Lawrence jiddeskrivi lil Connie bħala, "mara sabiħa, ħabrieka, tal-familja li jien inqis lili nnifsi bħala xxurtjat ħafna li kont nafha u ħdimt magħha f'ħafna okkażjonijiet peress li hi libbsitni ħafna kostumi differenti f'wirjiet differenti speċjalment f'musicals."

Lawrence itemm jgħid, "memorji mill-isbaħ, qatt ma ninsik għażiża Connie sakemm nerġgħu niltaqgħu, nibgħat il-kondoljanzi profondi tiegħi lill-familja kollha." Aħna f'isem it-tim ta' Gwida.mt, ngħaddu l-kondoljanzi tagħna lill-familjari u ħbieb tagħha.

Facebook / Lawrence Gray


Emil Calleja Bayliss