Hekk kif qed ikompli t-tilqim kontra l-Covid-19 f’Malta, il-Ministeru tas-Saħħa ħareġ stqarrija fejn intqal li l-pazjenti kollha tal-isptar Karin Grech li għandhom iktar minn 85 sena u dawk ‘il fuq minn 60 sena li qed jirċievu l-kura fit-tul ġew imlaqqma bl-ewwel doża tal-vaċċin.

Il-Ministeru qal ukoll li li kien hemm eċċezzjoni għal dawk il-pazjenti li huma pożittivi għall-Coronavirus jew jinsabu kwarantina u għal dawk li minħabba raġunijiet ta’ saħħa ma jistgħux jieħdu l-vaċċin. Dawn jitlaqqmu ladarba saħħithom tkun f’qada li tippermettilhom jirċievu l-vaċċin.

Ritratt: Facebook / Jes Pace


Henzley  Bezzina