Il-kantanta lokali Annabelle Vella, ftit tal-ħin ilu ħabbret it-telfa taz-ziju tagħha. Hi qasmet ritratt tiegħu biex isellem il-memorja tiegħu fil-jum li mexa' għall-ħajja ta' dejjem. 

Hi kitbet, "Aħbar li ħasditna lkoll dalgħodu. Strieħ fis-sliem għażiż Ziju Nick! Għalkemm ma konniex qegħdin niltaqgħu spiss, xorta bqajna nżommu kuntatt permezz tal-Facebook u t-teknoloġija (li tant kont tħobb!)"

Aħna f'isem it-tim ta' Gwida.mt ngħaddu l-kondoljanzi tagħna lil Annabelle, lir-raġel tagħha Sean u l-familjari kollha tagħhom f'dan iż-żmien xejn sabiħ.

Facebook / Annabelle Vella


Gwida.mt