Il-kunsillier Belti Mark Spiteri Lucas, li nafuh ukoll fil-kamp mużikali qasam l-aħbar tal-mewt ta' Albert Degiorgo. Mark kiteb, "Ahbar iebsa... Ftit tal-mumenti ilu tħabbret il-mewt tal-ħabib tagħna Albert Degiorgio. Strieħ fis-sliem Bert u kondoljanzi lill-familjari."

Il-Viċi-Sindku tal-Belt Ray Azzopardi aktar kmieni llum kiteb għat-talb biex jagħmillu kuraġġ u jkompli jiġġieled iżda ma kellux ikun. Ftit tal-ħin ilu sellimlu, "Ħabib tiegħi u ta' ħafna oħrajn tal-età tiegħi. Albert Degiorgio għadu kemm ħalla din id-dinja malajr malajr. Ikona fil-Belt Valletta."

Hu jżid, "Konna nafuh bħala Bertu tal-Guys għax kien jiġbor ħafna żgħażagħ fil-Belt, kemm ġewwa l-YMCA, kif ukoll il-ħanut tal-kantuniera. Bertu għadni kemm kellimtek ftit jiem ilu u qatt ma għidtli li kont qed tbati jew muġugħ. Dejjem kont bniedem pożittiv minkejja s-sempliċità tiegħek. Ħabbejniek Bert."

Hu jkompli, "Lilna l-Beltin tajtna żgħożija li għadna nitkellmu fuqha sal-lum. Issa ngħaqadt mal-Beltin l-oħra u ser nimmisjawk għal dejjem. Sellilna għall-Beltin kollha li telqu qablek. Kondoljanzi lil Martu Violet Degiorgio u bintu Fabienne Degiorgio, ħutu u qraba kollha."

Aħna ningħaqdu magħhom biex ngħaddu l-kondoljanzi tagħna f'dan il-mument diffiċli għalihom.


Emil Calleja Bayliss