Fuq il-mezzi soċjali, ilbieraħ filgħaxija ġriet l-aħbar li ħalla din id-dinja Rennie Camilleri magħruf bħala l-Fufu. Kienu bosta li sellmu l-memorja tiegħu u qasmu t-tifkiriet għeżież li għandhom miegħu.

Joseph Xuereb jikteb, "Strieħ fis-sliem sieħbi Fufu. Rennie Camilleri nibqa' niftakar dawk il-mumenti sbieħ ta’ żmien l-iskola, minn Kinder sa Form 5, dejjem flimkien u niġru fit-toroq tal-Marsa. Mur strieħ ħabib."

F'isem it-tim ta' Gwida, ngħaddu l-kondoljanzi tagħna lill-familjar ta' Rennie u nittamaw li jsibu s-sabar li tant għandhom bżonn f'dan il-mument diffiċli. Strieħ fis-sliem Rennie u nittamaw li tkompli tħares fuq il-familjari tiegħek minn fejn tinsab.

Facebook / Rennie Camilleri


Emil Calleja Bayliss