F'dawn il-mumenti huwa importanti li wieħed ikun pożittiv kemm jista' u jxerred kliem li jista' jqawwi qalb il-poplu Malti. Ilkoll nafu li l-pandemija tista' tirritorna faċilment iżda fejn hu tajjeb hu mportanti li nħalluh tajjeb.

Kuraġġ xerrdu messaġġ wara li hawn min qed ikun xi ftit negattiv. Hemm min anke qed jiddubita kemm l-awtoritajiet tas-saħħa qed ikunu onesti mal-poplu.

"Xi nies qed jgħidu li mhux jemmnu li f'Malta jkollna 0 każi, qegħdin jipprovaw idahhlu d-dubju, dan huwa tal-mistħija għax l-Awtoritajiet Maltin dejjem kienu trasparenti għall-ahhar u li xi ħadd jallega li qed jigdbu huwa fake news sfaċċat intiż biex ibeżża'".

Bħalissa li hu żgur li l-poplu għandu bżonn min iqawwilu qalbu u mhux min ineħħilu kull tama. L-awtoritajiet u x-xogħol li għaddejjin bih bla nifs għandhom jiġu apprezzati aktar!


Kyle Zarb