Ftit tal-ħin ilu tħabbret mewta li xxukkjat lil ħafna. Ħalla d-dinja Etienne Attard li huwa missier ta’ żewġt itfal u ħabib ta’ ħafna.  

Il-ħabib tiegħu Malcolm Manduca qasam kitba li biha sellem il-memorja sabiħa ta’ ħajjet Etienne. Hu kitiblu “Kienu jgħidulek 'Il-balalu' imma balalu żgur ma kontx u kull fejn kont tkun kont tqajjem l-atmosfera bil-karattru ferrieħi tiegħek (sakemm ma taqbiżlekx waħda minn tiegħek għax imbagħad warrablek).

Ikompli jfaħħru għal kif dejjem kien ikun minn tal-ewwel biex jagħti xi parir jew għajnuna u permezz tar-ritratt ifakkar memorja mill-isbaħ li kellhom flimkien meta siefru l-Amerka. 

Jagħlaq il-kitba “Ma nistax nemmen li mhux ħa nerġghu niltaqgħu u noqogħdu ngħidu kelma imma d-destin ma riedx hekk.” 

Jistrieħ fis-sliem. Kondoljanzi lill-familjari u lill-ħbieb ta' Etienne u kuraġġ f'dan iż-żmien diffiċli ta' telfa għażiża.


Marija Bellia