Illum hija ġurnata importanti għall-partitarji tal-Furjana u tal-Ħamrun hekk kif xi ħadd minnhom ser ikun qed jiċċelebra fil-ħin li ġej. Rigward dan, il-kunsill lokali tal-Furjana ħarġu appell importanti fuq il-mezzi soċjali. Il-logħba li permezz tagħha se nsiru nafu min rebaħ il-kampjonat għal din is-sena ser tibda fit-tlieta ta’waranofsinhar.

Bdew billi qalu, “Filwaqt li nawguraw lit-tim ta' Floriana FC għal riżultat pożittiv, f'każ ta' ċelebrazzjonijiet nappellaw għall-maturità u responsabbiltà kullimkien imma speċjalment madwar il-funtana tal-iljun li għadha kif ġiet irrestawrata.”

Komplew billi qalu, “Għaldaqstant nappellaw għall-kooperazzjoni sħiħa mal-pulizija Valletta & Floriana Community Policing Team u uffiċċjali oħra kemm fil-grawnd, fit-toroq, u anke lura fil-Floriana.”


Charlton Cefai