Huma eluf li jkunu ħerqana jistennew lil Adrian Zammit u l-programmi tiegħu live fuq Facebook, iżda s-segwaċi tiegħu llum mhux ħa jkollhom l-opportunità li jsegwuh bħal ma jagħmlu ssoltu. Ftit tal-minuti ilu Adrian ħabba li llum mhux ħa jagħmlu l-programm.

Hu ħabbar li ħa jdum ix-xogħol u b'hekk iddeċieda li llum il-programm popolari tiegħu ma jsirx. Dawk kollha li jsegwu lil Adrian u jieħdu gost bil-kumpanija tiegħu u anke tal-klieb tiegħu minn ħin għall-ieħor ħa jkollhom jistennew sal-programm li jmiss.

M'hemm x'tagħmel! Hu ħsieb dejjem Adrian!

Facebook / Adrian Zammit


Emil Calleja Bayliss