Wara ġimgħat 'il bogħod minn xtutna, waqt li ċ-ċkejkna Emily kienet qed tirċievi l-kura. Omm Emily, Vanessa flimkien ma' ommha llum jaslu lura f'pajjiżna. Nicholas tal-grupp Social Channel Malta għaddielhom messaġġ ta' kuraġġ u wkoll messaġġ ta' ringrazzjament.

Hu kiteb, "Għeżież tagħna waslet il-ġurnata li tinżlu lura dar. Jien flimkien ma’ eluf ta’ Maltin u Għawdxin nixtieq nirringrazzjakom tad-dedikazzjoni u l-kuraġġ li għamiltu mal-anġlu tagħna Emily. Ninsabu ċerti li tinsabu imdejqin u mkissrin għaliex ma ridtux l-affarijiet jiġu hekk, però ħa tniżżlu anġlu u qaddisa magħkom."

Nicholas ikompli jgħidilhom, "Aħna, speċjalment jien lesti biex nagħtukom l-aqwa merħba li tixraqilkom u ħa ssibuni hemm għalikom kull ħin u kull mument. Ġejjien ġranet iebsin oħra imma ejja ħalli nippreparaw għall-akbar festa li Emily jixraqilha. Il-ġisem ta’ Emily miet però l-ispirtu qaddis tagħha għadu magħna u ħa jibqa’ magħna tul ħajjitna kollha. Welcome home għeżież iġri nagħnqukom xħin tispiċċaw il-kwaratnina."

Agħmlu kuraġġ lil xulxin f'dan iż-żmien daqstant diffiċli.


Emil Calleja Bayliss