Tista' tgħid li mhux sigriet issa, fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet il-ġurija ta' X Factor Malta flimkien mal-parteċipanti li waslu fil-fażi tas-six chair challenge kienu għaddejin ġmielhom b'din il-fażi tal-programm. Fażi li l-pubbliku ġenerali seta' jattendi wkoll!

Il-kantanta Ira Losco, fuq il-mezzi soċjali tagħha qasmet l-erba tibdiliet li ħa tkun qed tidher bihom tul l-erbaż ġimgħat ta' din il-fażi, li jixxandru wara xulxin. L-artista lokali mhux magħrufa għal kemm tħobb il-moda u mhux l-ewwel darba li kienet minn ta' quddiem biex ippruvat xi ħaġa ġdida f'pajjiżna.

Insomma wieħed jista' jgħid li hi artista kompluta għax l-arti tagħha toħroġ ukoll fid-dehra tagħha. Dan tagħmlu grazzi għal Rob Agius, l-istilista li dejjem jara kif jikkumplimenta d-dehra tal-kantanta. L-erba' tibdiliet li ħarġet bihom kienu erba' tibdiliet interessanti ferm. Hawn tistgħu taraw x'kienet liebsa!

L-Ewwel Tibdila

View this post on Instagram

A post shared by Ira Losco (@iralosco) on

It-Tieni Tibdila

View this post on Instagram

A post shared by Ira Losco (@iralosco) on

It-Tielet Tibdila

View this post on Instagram

A post shared by Ira Losco (@iralosco) on

Ir-Raba' Tibdila

View this post on Instagram

A post shared by Ira Losco (@iralosco) on

Għandkom xi favorita minn dawn l-erba'? Aħna qed insibuha diffiċli nagħżlu liem dehra tidher hi l-iktar waħda interessanti. Bħas-sena li għaddiet, ċertament ħa naraw lil Ira b'aktar u aktar tibdiliet interessanti. Il-klassi tagħha hi xi ħaġa li wieħed bla ma jrid jammira.

Il-kantanta aktar kmieni llum nediet il-kanzunetta Cannonball li fiha tidwetta ma' Michela, ir-rebbieħa tal-ewwel staġun ta' X Factor Malta. Dan hu t-tieni dwett li l-kantanta qed tagħmel ma' artist minn X Factor Malta wara li d-dwett tagħha ma' Owen Leuellen fuq il-kanzunetta Hey Now. Ara x'taħsbu minn dawn id-dwett!


Emil Calleja Bayliss