Illum tiċċelebra għeluq sninha l-kantanta Cherylis, li għadna kif rajnieha fl-aħħar edizzjoni ta' Mużika Mużika, iżda żgur li tiftakruha għal suċċessi oħra f'kompetizzjonijiet oħra bħal Konkors Kanzunetta Indipendenza u l-Għanja tal-Poplu.

F'dan il-jum speċjali għaliha Cherylis qasmet messaġġ mas-segwaċi u l-ħbieb tagħha fejn kitbet, "29 sena illum. Grata bil-wisq għas-sena li għaddiet, ħdimt, wettaqt, irbaħt, tlift u tgħallimt! Jaalla dis-sena ġġib ferħ, saħħa u iktar ħin biex ingawdi mal-għeżież tiegħi."

Hi żżid, "Iktar ma nikber iktar ninduna kemm jien ixxurtjajta li jien imdawra b'familja u ħbieb mill-aqwa - ċirku żgħir li jagħmluli ħajti bil-wisq isbaħ. Kimberley Cortis grazzi ta' kollox. Int u Milo id-dinja tiegħi."

F'isem it-tim ta' Gwida, nawgurawlha l-isbaħ xewqat f'dan il-jum u nittamaw li jkollha jum mill-aqwa mimli b'dak kollu li tixtieq qalbha. Awguri mill-qalb Cherylis, ibqa' waslilna aktar kanzunetti bil-Malti.

Facebook / Cherylis


Emil Calleja Bayliss