Attur Malti b’don mill-isbaħ! Hekk jibqa' magħruf Josie Coppini li kien twieled il-Belt Valletta u ħa l-edukazzjoni tiegħu fil-Kulleġġ Stella Maris, il-Gżira.

Fatt interessanti hu li Coppini kien imħarreġ bħala baritonu operistiku minn zijuh, Joseph Satariano. Wieħed mill-aktar xogħlijiet popolari tiegħu kien f'Baħar Wieħed tal-1977 fejn interpreta l-parti tas-Sur Nin.

Fuq il-palk kien parti mis-suċċess tar-rockopera Ġensna li għadha popolari sal-lum. Żewġ produzzdizzjonijiet televiżivi li ħa sehem fihom kienu Issa Naraw u t-teleserial Triq Waħda. Ir-Ronnie kienet proprju l-aħħar dehra tiegħu fuq it-televiżjoni lokali.

Coppini kien figura popolari fost il-Maltin, ammirat ħafna għall-karattru ferrieħi tiegħu. Josie ġie nieqes proprju bħal bieraħ 23 sena ilu fl-età ta' 64 sena.

Strieħ fis-sliem Josie u grazzi tax-xogħlijiet mill-aqwa li tajna.

Facebook / Emanuel Cuschieri


Emil Calleja Bayliss