Illum iż-żeffien Sandro Zammit, is-sieħeb tal-kantant Glen Vella jagħlaq 36 sena, u Glen kellhu ftit kliem ħelwin x’jgħaddilhu.

Għażiż Sandro. Ilna niċċelebraw għeluq sninna għal dawn l-aħħar 18-il sena (nofs ħajjitna), u hawn qegħdin niċċelebraw is-36 wieħed tiegħek. Ma tantx għadni nsib kliem, pero l-affarijiet bażiċi u mportanti għar-relazzjoni tagħna, jibqgħu hemm u jissaħħu sena wara sena. Inti l-persuna għalija, u grazzi għall-paċenzja, rispett, sapport, u mħabba bla qies, qegħdin hawn niċċelebraw il-faqsitu numru 18!

Glen ikompli billi jgħid:

Inħares ‘il quddiem għal aktar esperjenzi flimkien u nixjieħ miegħek. Jiena u Bobby inħobbuk ħafna u nawgurawlek kuntentizza kbira kif jixraqlek.

Sentejn ilu, Sandro ppropona lil Glen quddiem it-torri Eiffel ġewwa Pariġi, iżda s'issa għadna qed nistennew data meta l-koppja ser jgħidu l-iva tagħhom!

Facebook / @glenvel


Luke Borg