Hemm total ta' 17-il belt fl-Italja li wrew il-ħajra li jospitaw il-Eurovision 2022 f'Mejju tas-sena d-dieħla. Madanakollu jidher li tlieta minnhom għandhom iċ-ċans li jkunu huma li fihom isir l-ispettaklu.

L-ibliet Taljani huma Milan, Turin u Bolonja wara li jistgħu joffru l-ospitalità kif suppost. Hemm ċertu ħtieġijiet li jridu jkunu rrispettati fil-belt li fiha ħa jsir il-Eurovision is-sena d-dieħla. 

Is-sit wiwiblogs intervistat numru ta' esperti tal-industrija fir-reġjun, li ddeterminaw li l-ebda post fil-belt bħalissa ma jissodisfa żewġ parametri essenzjali - jiġifieri l-kapaċità li tospita udjenza ta’ 8,000 sa 10,000 persuna u għoli tas-saqaf ta' madwar 18-il metru b’kapaċità li tiflaħ l-apparat essenzjali kollu fuq il-bejt. L-arena ewlenija ta' ġewwa ta’ Trieste, PalaTrieste tista' żżomm udjenza bilqiegħda ta’ madwar 7,000. Sadanittant, l-arena Stadio Nereo Rocco għandha sa 24,500 persuna bilqiegħda iżda m'għandhiex saqaf.

Tgħid fejn ħa jintgħażel?


Kyle Zarb