Tnax-il membru tal-ekwipaġġ fuq l-ewwel cruise li waqaf fil-Greċja wara l-illokkjar tal-coronavirus ittestjaw pożittiv. Din l-aħbar ġiet konfermata mill-gwarda tal-kosta Griega.

Il-Mein Schiff 6 li jtajjar bandiera Maltija u mħaddem mill-ġganti tal-ivvjaġġar Ġermaniż TUI, b’922 passiġġier abbord, bħalissa jinsabu ftit 'il barra mill-gżira Eġea ta’ Milos, qalet lill-AFP kelliema għall-gwardja tal-kosta.

Jidher li dawn ir-riżultati ħarġu pożittivi wara saru testijiet fuq 150 fost is-666 membri tal-ekwipaġġ. Kelliema qalet li dawn, "Ġew iżolati abbord, u qed nistennew struzzjonijiet mill-aġenzija tas-saħħa pubblika fejn il-vapur għandu jbaħħar."

Il-passiġġieri kellhom kienu f'saħħithom qabel il-vjaġġ, qalet il-kelliema. Il-vapur TUI kien l-ewwel wieħed li rritorna fl-ibħra Griegi wara l-miżuri ta' illokkjar imposti f'Marzu.


Emil Calleja Bayliss