Charles Clews huwa wieħed mill-aktar kummidjanti rinomati li qatt rat Malta, u jibqa’ magħruf għal umoriżmu li ġibed l-attenzjoni ta’ poplu sħiħ. Huwa jibqa’ mfakkar bħala bniedem uniku fis-sengħa tiegħu, u din is-sena, Malta qiegħda tfakkar 100 sena mit-twelid tiegħu.

C

Guidememalta.com

Għalkemm ħalliena 10 snin ilu fl-età ta’ 89 sena, Charles ħalla warajh ħidma u legat liema bħalhom fid-dinja tal-kummiedja, jew fuq ir-radju jew anki fuq il-palk. Fost id-diversi xogħlijiet tiegħu, ħafna jibqgħu jafuh bħala l-fundatur ta’ Radio Muskettieri u l-iStage Commandos Variety Company, li permezz tagħhom irnexxielu jistabbilixxi ismu bil-kbir fil-gżejjer Maltin. Għaldaqstant, il-karriera tiegħu bħala bniedem komiku tmur lura sat-Tieni Gwerra Dinjija, fejn kien jagħti kunċerti fid-dockyard lill-ħaddiema t’hemmhekk.

Ħafna nies iqisu lil Charles bħala xempju tad-dinja tad-divertiment u l-intratteniment Malti, id f’id ma’ ismijiet oħrajn bħal Johnnie Navarro u Armando Urso. Il-legat tiegħu ser ikun qiegħed jitfakkar fil-25 ta’ Awwissu f’serata ġewwa l-Università Amerikana ta’ Malta, u l-wirja se tibqa’ miftuħa sal-1 ta’ Settembru.

Facebook / Ġorġ Mallia


Kurt Gabriel Meli