Your Blinds Malta qed tiċċelebra għaxar snin ta’ xogħol dedikat, kwalità għolja u servizz li verament jagħmel differenza. Dan il-business beda bħala negozju żgħir tal-familja – b'madwar tliet persuni b’viżjoni komuni u passjoni għal xogħol magħmul bl-aħjar mod possibbli. Illum, Your Blinds Malta kiber għal tim ta’ madwar 15-il persuna, kollha impenjati li jagħtu lill-klijent esperjenza professjonali u personalizzata.
Il-klijent dejjem kien fiċ-ċentru ta' Your Blinds Malta. Mill-ewwel konsultazzjoni sal-installazzjoni finali, kull pass isir b’attenzjoni u dedikazzjoni. Din il-mentalità ta’ servizz superjuri ġej mill-fatt li kemm Paul, kif ukoll martu Mariya Pace għandhom esperjenza twila fil-qasam tas-servizzi u dan ċertament għenhom jibnu business fejn jisimgħu lill-klijent u l-prijorità tagħhom hi li jagħtu kas dak li qed jgħid il-klijent

Blinds u Purtieri Magħmula B'Tant Passjoni
Your Blinds Malta joffru firxa wiesgħa ta’ purtieri u blinds – fosthom kull tip ta purtieri - black outs u non black outs u sheers, roller blinds, zebra blinds, roman blinds, vertical blinds il-linja esklussiva Nobile. Kull prodott hu magħmul apposta għall-klijent, b’materjali ta’ kwalità u b’disinji li jgħaqqdu l-istil mal-funzjonalità. Jekk trid id-dawl jiġi kkontrollat perfettament, jew jekk qed tfittex li żżejjen id-dar b’mod eleganti – għandek għażla mill-isbaħ
Il-business jagħti importanza mhux biss lill-prodott innifsu, imma wkoll lis-servizzi li jiġu miegħu. Huma joffru konsultazzjonijiet fuq il-post, servizz professjonali ta’ installazzjoni u anke aftersales support li jpoġġi l-klijent quddiem nett u b'hekk wieħed jista' jserraħ rasu mis-servizz li se jkun qed jirċievi.

Dejjem Pass ’il Quddiem
Matul is-snin, Your Blinds Malta baqgħu dejjem pass ’il quddiem — mhux biss f’dak li joffru, imma wkoll fil-mod kif jaħdmu. Huma kienu fost l-ewwel li introduċew dan it-tip ta servizz personalizzat fejn imorru fuq il-post għall-konvenjenza tal-klijent biex wieħed jinqeda bl-iktar mod effiċenti. Huma kienu minn ta’ quddiem ukoll fuq prodotti intelliġenti, blinds u purtieri li jistgħu jiġu kkontrollati b’remote jew b’modi oħra għall-kumdità tal-klijent.
Il-business għaddej ukoll b’xogħol kontinwu, fejn qed jaħdem ma’ periti u disinjaturi lokali biex joħloq spazji li mhux biss jidhru sbieħ, imma joffru kumdità u prattiċità.

Ħarsa ’l Quddiem
Wara għaxar snin ta’ xogħol u tkabbir, Your Blinds Malta għadha b’saħħitha, b’għan ċar li tkompli toffri blinds u purtieri li jagħtu valur lil kull dar, uffiċċju jew spazju kummerċjali. Il-business jibqa’ mmexxi mill-istess valuri li beda bihom: servizz personalizzat, prodotti ta’ kwalità, u tim ta’ nies li jħobbu dak li jagħmlu.
Il-familja ta’ Your Blinds Malta kibret – mhux biss f’dawk li jaħdmu magħhom, imma wkoll fil-fiduċja li rebħu minn mijiet ta’ klijenti sodisfatti li għażlu lilhom tul dawn l-aħħar għaxar snin. Kif jindikaw dawn l-ewwel għaxar snin, dan hu ta’ inkorraġġiment biex jibqgħu jħarsu 'l quddiem b’mod pożittiv u jibqgħu l-business numru wieħed fejn tidħol accountability, serħan il-moħħ. Servizz provdut verament ta’ kwalità li jagħti serħan il-moħħ u joffri prodotti ġenwini bi prezzijiet ġusti.