Kellymni: Episodju 49 – Manuel Aquilina
“L-imħabba tiegħu hija biżżejjed”
55 minuta
Manuel Aquilina, jingħaqad ma’ Melanie Kelly fuq Kellymni. Hu jitkellem dwar l-emozzjonijiet sbieħ li għaddha minnhom tul dawn l-aħħar tlettax-il xahar. Emozzjonijet li qatt ma kien esperjenza qabel iżda hu flimkien mar-raġel tiegħu Steve, iddeċidew li jaqilbu ħajjithom ta’ taħt fuq u jibdew vjaġġ mill-isbaħ flimkien. L-aspett uman u l-qalb kbira ta’ Manuel se joħorġu biċ-ċar tul dan il-podcast fejn se jkun qed jitkellem tassew mill-qalb.