Minn fuq il-pjattaforma tagħha, Lara Azzopardi , taqsam magħna li ser tkun qed taqdi l-irwol ta’ Ambaxxatriċi għall-Għarfien mal-grupp FITA Malta. Dan l-irwol huwa ta’ valur kbir li ser tkun qed twettaq b’tant dedikazzjoni minn qalbha. Din il-ġimgħa ser ikunu qed jagħmlu l-ewwel pass f’dan il-vjaġġ b’permezz ta’ tnedija uffiċjali tal-podcast ġdid, spażju miftuħ għal diskussjonijiet dwar suġġetti bħal inklużjoni, aċċessibbiltà, u s-servizzi offruti minn FITA.

“ Onorata li ngħaqadt ma’ FITA | FITA Malta bħala; ‘Ambaxxatriċi għall-Għarfien’ rwol li għalija għandu tifsira speċjali u li se nkun qed nagħmlu minn qalbi.

Din il-ġimgħa bdejna dan il-vjaġġ b’mod uffiċjali bit-tnedija ta’ podcast ġdid spazju fejn niddiskutu, nagħtu vuċi u nsaħħu l-għarfien dwar l-inklużjoni, l-aċċessibbiltà u dwar is-servizzi ta’ FITA.

Dalwaqt … segwu il-paġni ta’ FITA għall-aktar informazzjoni.” 

Awguri mit-team ta’ gwida.mt għall-ħatra tiegħek bħala Ambaxxatriċi għall-Għarfien ta’ FITA! L-impenn u d-dedikazzjoni tiegħek se jġibu suċċess kbir. Bil-passjoni u l-viżjoni tiegħek, l-għarfien dwar l-inklużjoni u l-aċċessibbiltà se jilħaq livelli ġodda. Nawgurawlek vjaġġ ispiranti!


Rowena Grech