Għadu kemm tħabbar aċċident traġiku fejn mara ta’ 38 sena ħalliet din id-dinja hekk kif il-karozza tagħha stess imxiet lura u hi spiċċat inqabdet taħtha. Dan l-inċident seħħ illejla għall-ħabta tal-5.30 ta’ filgħaxija. Bosta Maltin kitbu messaġġi biex jesprimu l-qsim ta’ qalb tagħhom lejn dan l-inċident u waħda minnhom kienet propju Anna Vella.

Hi kitbet, “Tkun lesta mingħalik dieħla tistrieħ id-dar... u tistrieħ darba għal dejjem bla ħsieb! M’aħna xejn ħbieb! Nuqqas ta’ ħsieb għal sekonda u bye bye. Strieħ fis-sliem avolja ma nafekx.”

Dan il-messaġġ jesprimi l-istess ħsibijiet ta’ bosta Maltin li jiddispaċihom immens għat-telfa ta’ din il-mara innoċenti.

Inżommu lilha u lill-familjari tagħha, speċjalment bintha l-għażiża, fit-talb tagħna f’dan il-mument diffiċli. Tistrieħ fil-paċi.

Facebook / Anna Vella


Gabriella Borg