Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħhom, Din Malta Tagħna qasmu mas-segwaċi tagħhom żewġ ritratti bl-AI li qed juru mill-perspettiva tiegħu kif kienet tidher Malta fl-1995 u kif tidher Malta llum il-ġurnata.
Min-naħħa tal-1995 hemm koppja b’karozza antika, ta’ statura rqiqa u fl-isfond tar-ritratt hemm ukoll bini bi stil Malti. Fl-2025 il-bini jidher li żdied ġmielu u anke n-nies jidhru li nbidlu sew. Ir-raġel għandu t-tpenġija u jidher li jmur l-gym, u l-mara għandha l-irtokk kif ukoll tidher li għaddiet minn xi proċeduri kożmetiċi.
Naturalment, kulħadd għandu dritt jagħmel li jrid b’ġismu, din hija sempliċiment trend fejn fiha l-AI joħloq stampi skont il-kuntest li ttih.