Il-personalità lokali Angela Coleiro saħqet li l-proċess sabiex jinħatar Papa ġdid "mhuwiex xi elezzjoni politika" u għaldaqstant in-nies għandhom jevitaw li jidħlu f'ħafna spekulazzjonijiet.
"Min hu Nisrani suppost jemmen li dan il-proċess isir bil-għajnuna tal-Ispirtu s-Santu," żiedet Coleiro.
Dan hekk kif fis-7 ta' Mejju mistenni jibda l-proċess tal-Konklavi li se jwassal sabiex jintagħżel is-suċċessur ta' Papa Franġisku.
Matul dawn l-aħħar jiem, kienu bosta dawk li għaddew l-ispekulazzjonijiet tagħhom dwar min aktarx se jmexxi l-Knisja Kattolika fis-snin li ġejjin.
Intom x'taħsbu dwar dan?
Ritratti: CNN, PBS u Facebook / Angela Coleiro