Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħhom, Celebrate life Malta sellmu l-memorja ta’ Joe Carabott li sfortunatament ħalla din id-dinja fil-jiem li għaddew.
Huma qalu, “Illum nammetti li kienet ġurnata diffiċli immens. L-uġigħ f’għajnejn il-familja u l-ħbieb numerużi ta’ Joe Carabott kien inspjegabbli. Pruvajna li stajna biex nonoraw il-ħajja ġentili li għex Joe.”
Komplew billi żiedu jgħidu, “L-iktar ħaġa li personalment laqtitni kienet l-attitudni li għażlet li tgħix biha bint Joe - Alexia. Meta ltqajt mal-familja kollha, Alexia qasmet magħna kif hi ma tħossx rabja għall-persuni li serqulha l-ħajja tal-għażiż missierha. Wasalt biex nifhem il-għaliex Joe kien daqshekk persuna speċjali. Strieħ fis-sliem, Joe.”