Ir-Re Charles bagħat messaġġ personali lill-pazjenti tal-kanċer, fejn tkellem dwar l-esperjenza diffiċli u f’ċertu mumenti tal-biża’ li jgħaddu minnha kemm il-pazjenti kif ukoll il-qraba tagħhom.
F’messaġġ mill-qalb li ntqara waqt riċeviment f’Buckingham Palace organizzat għal għaqdiet tal-kanċer, ir-Re qal li issa hu wkoll sar parti mill-istatistika tal-kanċer – b’referenza għal aktar minn 1,000 każ ġdid kuljum fir-Renju Unit.
Hu qal li l-esperjenza tiegħu mal-marda uriettu kif il-mumenti l-aktar mudlama tal-mard jistgħu jkunu mdawwla b’kompassjoni enormi.
Il-messaġġ ma jagħtix aġġornament dirett dwar il-progress tal-kura tiegħu, iżda sorsi rjali qalu li r-Re qiegħed miexi f’direzzjoni pożittiva.
Nawguraw fejqan mill-iktar fiss possibbli lir-Re Charles.
Ritratti:BBC