B'permezz ta' kitba fuq il-paġna tiegħu, Vanni Pule jsellem il-memorja ta' David John Pace, li sfortunatament ħalliena.

“ B’moħħ brillanti u avukat b’artikolazzjoni fenominali għax-xjenza u l-verità oġġettiva ħalliena, wisq, wisq kmieni. David John Pace kien raġel li qatt ma beża’ jitkellem, filwaqt b’qalb tajba, b’imħabba kbira għall-familja tiegħu u b’passjoni għall-fantaxjenza u x-xjenza fittizja — iżda fl-istess ħin b’saqajh dejjem mal-art fir-realtà. Kien pijunier determinat tal-iskettċiżmu ibbażat fuq ix-xjenza f’Malta. Kien jiġġieled kontra s-superstizzjoni u l-informazzjoni żbaljata, u ħajtu ta’ adult iddedikaha biex jippromwovi s-sostenibbiltà ambjentali u jinkoraġġixxi l-ħsieb xjentifiku. Il-ħsibijiet u l-kondoljanzi tagħna jmorru għand martu, Dr Odette Pace, li baqgħet miegħu sal-aħħar, u għand iż-żewġt uliedu li tant kien iħobb.”

Mit-tim ta’ gwida.mt nixtiequ nagħtu l-kondoljanzi tagħna lill-familjari kollha tiegħu. Jistrieħ fis-sliem.


Rowena Grech