Il-Parroċċa ta’ Ħal Balzan ħabbret fuq il-mezzi soċjali li saret xi ħsara fil-ballavostri taz-zuntier tal-knisja. Skont l-istqarrija, xi ħadd mhux magħruf ikkawża din il-ħsara.
Il-Parroċċa appellat lil min hu responsabbli biex javviċina lill-kappillan sabiex jiddiskutu u jirranġaw il-ħsara bil-kwiet. L-istess stedina saret lil kull min jista’ jipprovdi informazzjoni dwar l-inċident. Kull min jaf xi ħaġa hu mħeġġeġ sabiex jikkomunika mill-ewwel mal-kappillan.
Il-Parroċċa rringrazzjat lil kulħadd għall-koperazzjoni. Jittamaw li din il-kwistjoni tiġi riżolta mingħajr problemi għax saret ħsara konsiderevoli.