L-attivist Darryl Grima fi ħdan l-għaqda Vuċi għall-Annimali awgura lil Marvic għad-deċiżjoni tiegħu li ma jiekolx il-foie gras waqt Come Dine With Me Malta.
"Warajh hemm proċess ta' krudeltà estrema," saħaq Grima b'diżappunt li semma kif wieħed għandu jfaħħar lil Marvic li żamm leali lejn il-valuri tiegħu.
Darryl jispjega kif sabiex jinkiseb il-foie gras jeħtieġ li jsir proċess fejn il-papri jiġu sfurzati jieklu sakemm il-fwied jikbrilhom b'mod mhux naturali. Hu spjega kif dan il-proċess huwa projbit lokalment biss dan xorta waħda jista' jiġi importat u mibjugħ f'pajjiżna.
Dan il-mument qajjem kontroversja fejn kien hemm min faħħar lil Marvic li rrifjuta li jiekol u oħrajn li saħqu li ma kellux ikun daqstant aħrax fil-kritika tiegħu.
Tistgħu tidħlu HAWN sabiex issegwu l-mument fejn jiġi servut il-foie gras waqt Come Dine Me Malta.
Intom x'taħsbu?
Ritratti: Facebook / Come Dine With Me Malta u Vuċi Għall-Annimali