Wara li s-sena l-oħra kiser rekord fl-ammont ta' segwaċi, Love Island Malta mistenni jirritorna bit-2 staġun, proprju bħal-lum xahar.

Ftit jiem ilu, t-tim tal-produzzjoni ħabbar ukoll li l-preżentattriċi bravissima Yazmin Helledie sa terġa' tieħu l-irwol tagħha fir-reality show.

Intant, l-1 istaġun kien intrebaħ minn Allen u Chelsea. Baqgħu ikoniċi wkoll il-koppji Dale u Nicola, kif ukoll Gaby u Sven.

Żgur li issa bosta jinsabu ħerqana sabiex jaraw min sa jkunu l-parteċipanti ta' dan it-2 staġun.

Intom sa ssegwuh dan l-istaġun ta' Love Island Malta?


Cristian Tonna