Waqt dibattitu għall-istudenti ġewwa l-Università ta' Malta, organizzat mill-Kunsill Studenti Universitarji (KSU), Lovin Malta, u MaltaToday, wieħed mill-kandidati għall-Parlament Ewropew telaq kmieni u ħalla warajh souvenir.

Wara li għamel id-diskors tiegħu, qam minn postu u beda jallega li l-KSU ma kinux qed jagħtuh trattament xieraq. Hu u ħiereġ minn fuq il-palk, kellu basket, minnu ħareġ bajda, u tefagħha mal-art fuq il-palk. Wara, ħareġ mill-bieb tal-ġenb tas-Sala Sir Temi Zammit u ma reġax irritorna għad-dibattitu.

Fl-istess waqt beda jgħid lill-istudenti biex jiġġieldu għad-drittiijiet tagħhom.


Bradley Cachia