Fuq il-paġna uffiċjali Eurovision Song Malta għadu kemm tela' filmat fejn il-preżentatriċi Angie Laus preżentat lil Sarah Bonnici bil-libsa li ser tkun qiegħda tilbes waqt il-wirja tagħha ta' Loop nhar il-Ħamis 9 ta' Mejju.

Sarah tidher kunfidenti immens bil-libsa u jidher li ħa tkun qed tikkumplimenta l-ispettaklu li ser tagħti bl-isbaħ mod possibbli. Sarah u Angie fl-aħħar tal-filmat baqgħu sejrin għall-ewwel prova għal Malta. 

Prosit kbira lil Sarah u lit-tim kollu!

Facebook/ Sarah Bonnici


Kyle Zarb