"Happy birthday, Kyra, it-tfajla li ġiet hawn biex tagħmel proġett tal-iskola u spiċċat tagħmel sigħat twal ta' volontarjat tiġbed ritratti fl-attivitajiet tagħna," kiteb Bjorn Formosa fuq Facebook.

Kompla, "Kyra ġiet biex tiċċelebra għeluq sninha f'DAR Bjorn, Ħaż-Żebbuġ. U ma nistgħux ma nkunux kburin." Żied jgħidilha, "Kyra, grazzi ħafna tal-għajnuna tiegħek. Ibqa' ħu ritratti sbieħ, ibqa' kun tfajla b'qalb tad-deheb! Awguri minn qalbna."

Spjegaw kif Kyra se tkun magħhom għal ġurnata sħiħa nhar is-Sibt li ġej fl-anniversarju ta' DAR Bjorn ta' Ħaż-Żebbuġ. 


Bradley Cachia