Il-kantant lokali Lawrence Gray ippubblika filmat prezzjuż għalih biex juri kemm jinsab tant kburi b'ibnu Liam, fejn qed idoqq b'tant passjoni d-drums. Lawrence jikteb kelmtejn għal ibnu biex bla dubju jwiegħdu s-sapport tiegħu issa u dejjem.

"Jekk veru tixtieq din il-linja ibni, il-Bambin ibierkek, għax dan ifisser li ta' età tant żgħira fhimt kemm li m'hemmx ħajja mingħajr mużika. Dejjem se nappoġġjak u se nkun hemm għalik ikun x'ikun. Ħafna mħabba, l-Papà."

Prosit Liam! Isimgħu naqra x'jaf!


Kyle Zarb