Fl-istat Amerikan ta' Alabama, ittellgħet l-ewwel edizzjoni ta' Alabama's Got Noses.

Fiha, ħafna persuni nġabru biex jaraw min għandu l-ikbar imnieħer fl-istat kollu. Il-belt ta' Montgomery kienet mimlija nies b'imnieħer pjuttost imdaqqas, ta' kull sess, razza, u età.

Il-kompetizzjoni rebaħha Bob Abel, b'imnieħer li jtul 5 pulzieri. Fit-tieni post kien hemm Benny Greg, b'imnieħer li fih 4.9 pulzieri, u fit-tielet post Charlie Shick, b'imnieħer li jtul 4.75 pulzieri.

L-organizzaturi esprimew ix-xewqa tagħhom li l-kompetizzjoni tinfetaħ għal iżjed nies minn stati differenti u tikber f'waħda nazzjonali. Diġà qed jitkellmu ma' persuni minn stati oħra biex jibdew America's Got Noses


Bradley Cachia