Brando Georgeson, wara perjodu twil jaħdem mar-rivista Amerikana The Guiding Light, inqabad jikteb artikli satiriċi f'din ir-rivista reliġjuża, li hi deskritta minn bosta bħala waħda fanatika.

F'intervista li għamel mal-Los Angeles Times, Georgeson spjega kif għalih il-mod kif taħdem ir-rivista ma jagħmel ebda sens. Elabora dwar kif ma kienx jaqbel, fost oħrajn, mal-kontenut tagħha u l-mod kif jinkiseb.

Fl-istess intervista stqarr, "Xtaqt li nipprotesta, bil-mod tiegħi, għall-mod kif din ir-rivista kienet qed tinvadi l-privatezza u tfarrak ir-reputazzjoni tan-nies abbażi dak li jemmnu. Fl-istess waqt, ġemmajt ftit flus. Ħadd qatt ma qalli xejn u ridt innissel tbissima fuq wiċċ l-udjenza. Nemmen li lħaqt il-milja tal-komiċità."


Bradley Cachia