Osservaturi ambjentali mill-organizzazzjoni volontarja MAN 4 FAUNA, waqt li kienu qegħdin jaħdmu f'Lake District ġewwa l-Ingilterra, lemħu żewġ żrinġijiet maskili jwettqu atti sesswali li s-soltu jwettqu mas-sess femminili.

Skont The Westmorland Gazette, din hija l-ewwel darba li r-riċerkaturi ambjentali raw xi ħaġa bħal din tiġri. Il-mistoqsija naturali għaldaqstant hija: l-omosesswalità hija xi ħaġa fl-annimali wkoll?

L-istess gazzetta spjegat kif ir-riċerkaturi qed jagħmlu l-almu tagħhom biex jifhmu aħjar x'kien qed iseħħ eżatt, għalkemm qalu li jafu jgħaddu ħafna snin sakemm jaslu għal tweġiba dwar din l-osservazzjoni.


Gwida.mt