Xi ftit jiem ilu, Ira Losco f’waħda mill-mistoqsijiet li saqsewha s-segwaċi tagħha fuq Facebook qalet li kieku kellha tgħaqqad grupp ta’ tfajliet ikun magħmul minn Michela Pace, Nicole Frendo, Gaia Cauchi u Destiny Chukunyere. Ira tgħid li kieku tista tgħaqqad dal-grupp għal-lejla waħda jkun verament tal-ġenn.

Ritratt: Instagram / Ira Losco

Ngħiduha kif inhi, erba’ artist żgħar li lkoll jippromettu u għall-età tagħhom diġa għamlu ħafna. Michela u Nicole serqu l-qlub tal-Maltin fl-X Factor ta’ din is-sena, lil Gaia rajnieha tikkompeti barra minn xtutna kemm-il darba inkluż ir-rebħ tal-Junior Eurovision Song Contest fl-2013 u s-sena l-oħra waslet sas-six chair challenge ġewwa X Factor UK, filwaqt li lil Destiny rajnieha tirbaħ il-Junior Eurovision u tasal sas-semi-finali ta’ Britain’s Got Talent.

Ritratti: Facebook / Michela & Gaia Cauchi

Probabbli dawn l-erba’ huma l-aktar erba’ tfajlliet żagħżagħ li jgawdu popolarità f’pajjiżna bħalissa u dan bir-raġun ax it-talent tagħhom jispikka verament. Timmaġinaw, lejla waħda... serata ma’ Michela, Nicole, Gaia u Destiny. Tkun serata tal-ħolm għal ħafna u ħafna ammiraturi ta’ dawn il-kantanti.

Ritratti: Facebook / Destiny Chukunyere & Nicole Frendo

Min jaf forsi fil-futur ikollna ċ-ċans ingawdu minn dawn it-talenti ta’ dawn l-erba’ kantanti flimkien, imqar għal-lejla waħda kif stqarret Ira stess.

Instagram / Ira Losco


Emil Calleja Bayliss