Wara l-prestazzjoni li tat Destiny waqt l-ewwel prova tagħha fuq il-palk tal-Eurovision, kellha ċ-ċans titkellem dwar kif ħassha llum kif ukoll punti importanti li joħorġu mill-kanzunetta Je Me Casse. 

Fil-fatt il-kantanta Maltija issieħbet mal-ġurnalisti waqt konferenza stampa li saret wara l-provi kollha. Destiny titkellem fost l-oħrajn dwar l-ilbies tagħha u l-ħsieb warajh. Destiny tgħid li "Inħossni kuntenta immens bl-ilbies tiegħi", u żżid li ħassa kunfidenti immens bid-dehra tagħha u l-mod kif preżentat lilha nnifisha. Tindirizza lin-nisa kollha t'hemm barra u tħeġġiġhom iħossuhom kunfidenti bihom infushom. Tħoss li kull mara għandha taċċetta l-personalità tagħha mingħajr ma tħalli lil ħadd jinfluwenzaha b'diskorsu. 

Destiny tkompli tgħid li din il-kanzunetta u dak kollu marbut magħha qed jgħinha tinbidel minn tifla inqas kunfidenti, f' mara determinata u soda li temmen fiha nnifisha u tħobb id-dehra tagħha hi kif inhi. 

hg

Fost il-mistoqsijiet li kellha, ġurnalist minn Radio International Juergen Boering staqsa lil Destiny tkanta bil-lingwa Maltija wkoll, u hi ddeċidiet li tkanta Xemx. Bla dubju l-prestazzjoni ta' din il-kanzunetta niżlet tajjeb ma' dawk preżenti u ħadu gost biha dawk kollha li tant togħġobhom il-lingwa Maltija.

fgf


Kyle Zarb