Is-sena li għaddiet Lynsday kellha tirrappreżenta lil Malta fil-Fan Vision Song Contest waqt il-Eurovision Weekend tas-sena l-għaddiet iżda l-pandemija kellha pjanijiet oħra. Iżda ġie deċiż li Lynsday tibqa' r-rappreżentatriċi Maltija u b'hekk titla għall-edizzjoni ta' din is-sena. Hi ġiet magħżula internament minn OGAE MALTA.

Hi kitbet, "X'lejl dak! Jien kuntenta ħafna li nħabbar li l-kanzunetta ADRENALINA ġiet magħżula uffiċjalment għall-Fan Vision Song Contest waqt il-Eurovision Weekend 2021 fil-Ġermanja li ħa jkun qed iseħħ aktar tard din is-sena! Grazzi OGAE Malta għal din l-opportunità eċċitanti u ma nistax nistenna biex nirrappreżenta lil Malta!"

Aħna f'isem it-tim ta' Gwida.mt, nawguraw lil Lyndsay kull suċċess f'din l-avventura!


Emil Calleja Bayliss