Permezz ta’ post fuq grupp lokali, persuna rrakkontat esperjenza kerha mens meta kelba ta’ biss tmien xhur mietet wara biss nofs siegħha li sidha ħaditha għand il-pet sitter. Din il-post kitbitha Aly Bugeja fejn irrakkontat l-istorja ta’ persuna oħra li kellha tħalli l-kelba għand din il-pet sitter minħabba intervent mediku, biss wara biss nofs siegħa, l-pet sitter ċemplet lil sid il-kelba u qaltilha li wara inċident il-kelba kienet qed issofri minn concussion u wara jumejn għand il-veterinarju din mietet.

“X inhu jsir biex dawn il-pet sitters jiġi regolizzati?” staqsiet il-kittieba ta’ din il-post, fejn naturalment kienu bosta li ikkummentaw dwar dan il-każ li ħoloq kontroversja sħiħa. Bosta qalu li ma jħallu l-pets tagħhom ma’ ħadd iżda oħrajn qalu li sfortunatament inċidenti ta’ din it-tip jistgħu jiġru lil kulħadd.

Intom x’taħsbu dwar dan!

Facebook/Aly Bugeja/Rubs Puppy Love


Charlton Cefai