Il-kantant lokali AIDAN għaddej minn perjodu impenjattiv immens, l-iktar għada li se jkun qed iniedi l-kanzunetta ġdida tiegħu ma' Carlo Gerada. Apparti minn hekk AIDAN għadu kif ħabbar xi ħaġa oħra, li ser tiġri nhar il-Ġimgħa waqt il-kuntest Miss Universe.

Hu kiteb li, "Kuntent li nhar il-Ġimgħa filgħaxija ser inkun qed inkanta waqt Miss Universe, fuq TVM." Dan ifisser li AIDAN ser ikun qed iżid l-atmosfera mill-isbaħ li ħa jkun hemm waqt dan l-ispettaklu. 

Meta tara li l-kanzunetta ġdida ser titnieda għada, wieħed jistaqsi, tgħid AIDAN ser ikun qed ikantaha għall-ewwel darba live quddiem in-nies? Nistennew u naraw! Prosit AIDAN u Awguri!


Kyle Zarb