Welbee's Supermarkets magħrufa sew li jieħdu ħsieb lill-klijenti tagħhom. L-iskeda ta’ lealtà li għandhom hija unika u kienu huma li introduċew l-cashback l-ewwel f’pajjiżna. Proprju mil-lum, l-iskema tal-lealtà u l-cashback se tinbidel b’mod pożittiv għall-klijenti ta’ Welbee’s.

Minbarra li għandhom is-sistema tal-cashback fejn jippremjaw lill-klijenti tagħhom u wieħed jista' jsib ukoll l-iskema tal-lealtà b'punti li jissarrfu ġo vawċers b'xejn għal rigali jew servizzi. Il-klijenti għandhom ukoll l-għażla ta’ pakketti b’xejn ta’ ilma u wkoll softdrinks minflok li jingħataw lura l-flus.

Madankollu, mill-1 ta' Marzu t-tim ta’ Welbee’s qed jagħmel il-premijiet tal-cashback akbar! Dan żgur se jinżel tajjeb mal-klijenti li jirritornaw għand Welbee’s mhux biss għas-servizz u x-xelta ta’ prodotti li joffru iżda wkoll minħabba din l-iskema.

  • Ma’ nefqa ta’ €50, jirċievu €3 cashback.
  • Ma’ nefqa ta’ €100, jirċievu €8 cashback, qabel kienu jagħtu €7.
  • Ma’ nefqa ta’ €150, jirċievu €11 cashback – din hi kategorija ġdida li t-tim introduċa!
  • Ma’ nefqa ta’ €200, jirċievu €16 cashback (qabel kienu jagħtu €14)
  • Ma’ kull €100 li jintefqu wara nefqa ta’ €200, jirċievu €8 oħra

Tajjeb li nsemmu li min ma jridx il-cashback, wieħed jista' jieħu punti, luminata jew ilma b'xejn minflok.

Dan il-cashback huwa enormi fis-settur lokali għax minbarra li l-prezz jonqos għall-klijenti, ipoġġi lil Wellbee’s fuq quddiem biex iwasslu l-valur lill-klijenti tagħhom! Iżda dan mhux biss! Welbee’s huma wkoll parti mill-kampanja nazzjonali Stabbilità.

Wieħed isaqsi kif qed taħdem din l-inizjattiva. Matul dawn l-aħħar xhur saru diskussjonijiet bejn il-Gvern u l-impurtaturi u l-bejjiegħa maġġuri ta’ pajjiżna fejn ġew identifikati 15-il kategorija ta’ ikel li n-nies l-aktar li jikkonsmaw prodotti tagħhom, u li l-aktar qed jaffettwaw in-nefqa tal-familji Maltin u Għawdxin.

Dan ikompli juri kemm Welbee’s għandhom għal qalbhom il-konsumatur! Barra minn hekk nistgħu niżvelaw ukoll li Wellbee’s se jkunu qed jiftaħ supermarket ieħor, ħanut b’xelta ta’ prodotti mill-aqwa għall-konsumatur ġewwa Shoreline Mall fi Smart City, il-Kalkara. Dan żgur se jgħin sabiex jilħqu wkoll il-konsumaturi li jgħixu fin-naħa t’isfel ta’ Malta, li jgħin sabiex ikollhom aktar għażla u jibbenefikaw mill-vantaġġi kollha li jgawdu dawk li jixtru mingħand Welbee’s.

Jekk m'intix klijent ta' Welbee's nissuġġerixxu li l-ewwel tniżżel l-app ta' Welbee's fuq il-mobile tiegħek. Tajjeb li ngħidu li l-app hija b'xejn u faċli biex tissettja, u mbagħad mur u ixtri mill-eqreb Welbee's u skennja l-app tal-lealtà f'cashpoint biex tibda tirċievi l-cashback u aktar!


Emil Calleja Bayliss