Permezz ta’ messaġġ fuq il-paġna tiegħu, Nicholas Briffa kiteb dwar ġesti sbieħ li nistgħu nagħmlu ma’ ħaddieħor u kemm huma importanti fil-ħajja.
Hu spjega, “Jekk tara lil xi ħadd qed jaqa' lura, naqqas il-pass u imxi ħdejh. Jekk xi ħadd qed jitħalla barra, sib mod diskrett u effiċjenti kif tinkludih lura. U jekk xi ħadd għotor u waqa' — fil-ħajja jew fil-ħsibijiet tiegħu stess, kun int li tgħinu jqum mill-ġdid.”
Żied jgħid, “Att żgħir ta' qalb tajba jista' jibqa' fil-moħħ u l-qalb ta' xi ħadd għal snin sħaħ. Qatt ma tkun taf x’qed iġorru n-nies. Madanakollu ftakar li għandek il-qawwa li tfakkarhom li mhumiex waħedhom — u li inti jimpurtak minnhom u li hawn bżonnhom fid-dinja.”
Facebook / Nicholas Briffa